MEPA - PERMESSI GĦAL XOGĦLIJIET TA’ RIJABILITAZZJONI TA’ WIDIEN 37399. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura: Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-permessi li ħarġet l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni tal-widien f’Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena?
ONOR. MARIO DE MARCO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat għaxar applikazzjonijiet relatati ma’ rijabilitazzjoni ta’ widien f’Malta u Għawdex.
Tabella li tagħti rendikont tal-applikazzjonijiet sena b’sena, inkluż il-lokalità hux f’Malta jew f’Għawdex (Annex 1) kif ukoll tabella oħra li turi aktar fid-detall il-proposta u l-lokalità ta’ kull applikazzjoni, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U KONSUMATUR - DIRECT ORDERS