ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-ġbir ta’ informazzjoni sabiex titwieġeb din il-mistoqsija jirrikjedi ammont sproporzjonat ta’ ħin u riżorsi u sakemm l-Onor. Interpellant ma jispjegax ir-raġuni għaliex għandu bżonn din l-informazzjoni ma jidhirlix li jkun utli li naħlu riżorsi finanzjarji u umani biex dan isir.
WIED QANNOTA - XOGĦOL TA’ TĦAMMIL 37415. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista’ l-Ministru jinforma kemm-il darba tħammel Wied Qannota bejn il-Wardija u Burmarrad matul dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena? X’permess relatati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellhom dawn ix-xogħlijiet?