DIPARTIMENT TAL-PROPRJETÀ TAL-GVERN - APPLIKAZZJONI 37516. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur: Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament quddiem id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Ninsab infurmat illi t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tiġi evalwata. Fil-fatt qed isir ix-xogħol kollu neċessarju sabiex il-proprjetà inkwestjoni toħroġ għall-kiri permezz ta’ sejħa għall-offerti wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Kumitat tat-tenders fi ħdan id-Dipartiment. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta toħroġ is-sejħa għall-offerti, il-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, kif ukoll kull applikant ieħor li jista’ jkun hemm għal din il-proprjetà, jiġu infurmati bil-miktub.