Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)


ABBOZZ TA’ LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U ARKIVJI NUTARILI



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə17/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   13   14   15   16   17   18   19   20   ...   138

ABBOZZ TA’ LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U ARKIVJI NUTARILI


NOTARIAL PROFESSIONS AND NOTARIAL ARCHIVES (AMENDMENT) BILL



THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Jason Azzopardi.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili.
THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?
ONOR. FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.
THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki? Il-Ministru Jason Azzopardi.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Sur President, ma nafx jekk dan hux se jkun l-iqsar dibattitu jew għallinqas l-iqsar opening statement dwar abbozz ta’ liġi li qatt kien hawn hawn ġew però żgur li se jkun fost l-iqsar għaliex kulma se nieħu huma ftit minuti biex nispjega fil-qosor ħafna għax litteralment m’hemmx il-ħtieġa li ntawwal.
L-iskop ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huwa sempliċi ħafna. Dan l-Abbozz ta’ Liġi qiegħed jemenda l-liġi li tirregola l-professjoni nutarili f’żewġ aspetti biss. L-ewwel nett qed isir biex isiru kjarifiki u korrezzjonijiet fil-liġi li tirregola lin-nutara li dan il-Parlament approva s-sena li għaddiet. Biex dak li jkun jifhimni mill-ewwel, nista’ nagħti eżempju fejn il-kelma “partijiet” fi klawsola partikolari qed tiġi sostitwita bil-kelma “komparenti”. Hemm dawn it-tip ta’ emendi.
It-tieni emenda għal dan l-Abbozz ta’ Liġi li forsi hija ftit aktar importanti hija li qegħdin intawlu ż-żmien tranżitorju meta jibdew iseħħu r-rekwiżiti l-ġodda. Fi kliem safi u sempliċi ħafna, matul is-sena li għaddiet approvajna minn dan il-Parlament, bi qbil, abbozz ta’ liġi dettaljat ħafna fejn bgħatna messaġġ li rridu niżguraw aktar serjetà, aktar trasparenza u aktar kontabilità fil-professjoni nutarili kemm biex jiġi miġġieled l-abbuż biex inħarsu lil dawk in-nies li jagħmlu użu mis-servizzi tan-nutara kif ukoll biex niżguraw u nibżgħu għad-dinjità tal-professjoni nutarili li hija professjoni li fil-pajjiż tagħna tmur lura għal żmien in-Normanni, jiġifieri kważi 700 sena.
Qabel il-liġi kienet tgħid li student fil-kors tal-liġi kien jiggradwa bħala nutar wara r-raba’ sena tal-kors tal-liġi u terminu ta’ prattika ta’ sena, li aħna konna għamilnieha sentejn, ma’ nutar prattikanti. Il-liġi li għaddejna matul is-sena li għaddiet neħħiet il-ħtieġa li wieħed jieqaf sar-raba’ sena u allura llum il-liġi tgħid li trid tispiċċa s-sitt snin tal-kors tal-liġi kollu mbagħad sta għalik jekk tridx taħdem ta’ nutar jew le. Fil-prattika niddubita jekk hawnx ħamsa minn 300 nutar li hawn Malta li ma komplewx il-kors tal-liġi kollu, u allura l-liġi li nbidlet is-sena li għaddiet irrikonoxxiet din ir-realtà. Illum m’għadekx tieqaf wara r-raba’ sena u tiggradwa b’diploma of notary public iżda trid tispiċċa l-kors tal-liġi li hu ta’ sitt snin. Wara li saret din il-liġi mill-Parlament saru rappreżentazzjonijiet u smajna u tajna widen lill-istudenti, lill-Fakultà tal-Liġi u lill-Kunsill Studenti Universitarji. Xi studenti oħrajn individwalment avviċinawna u qalulna li bdew il-kors tal-liġi bl-intiża li jieqfu mar-raba’ sena u issa ma jistgħux u jridu bilfors jibqgħu sejrin sas-sitt sena għax it-transitory provision tiskatta sal-2015 u dawn għadhom fl-ewwel sena. Kien hemm waħdiet minn dawn, niddubita kienx hemm aktar minn nofs tużżana, però l-prinċipju huwa importanti. Meta wieħed jilleġiżla jew jgħaddi ġudizzju fuq prinċipju, huwa immaterjali jekk ikunx hemm persuna waħda affettwata jew ikunx hemm għaxar miljuni. Aħna rajna li l-prinċipju huwa ġust, ingħata widen lill-Kunsill Studenti Universitarji u l-Fakultà tal-Liġi u ġejna hawnhekk fil-Parlament inressqu emenda biex it-transitory provision li kienet titkellem fuq is-sena 2015, tiġi taqra 2018.
Permezz ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi qegħdin nipproponu li ż-żewġ rekwiżiti l-ġodda, jiġifieri li tispiċċa l-kors tal-liġi kollu u li s-sena prattika tkun sentejn, ikunu meħtieġa għall-ewwel darba għall-eżami tal-warrant li jsir fl-2018. B’hekk ir-rekwiżiti li għandna llum ta’ diploma ta’ nutar, ta’ sena prattika, se jibqgħu jgħoddu għall-kandidati li se jagħmlu l-eżami tal-warrant sas-sena 2017. Dak hu fi ftit kliem dak kollu li hemm f’dan l-Abbozz ta’ Liġi.
Iż-żewġ għanijiet prinċipali ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma li jittawwal iż-żmien tranżitorju u li jsiru kjarifiki u korrezzjonijiet fil-liġi notarili. Nirringrazzjak.

Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   13   14   15   16   17   18   19   20   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin