Il-Minuti tas-Seduta Nru. 515 li saret fit-30 ta’ Ottubru, 2012 ġew konfermati.
MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI
SAN ĠILJAN - TITOLU TA' PROPRJETÀ 37418. L-ONOR. JOE MIZZI (f’isem l-Onor. Luciano Busuttil) staqsa lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-Gvern ta' Malta għandux xi titolu, ikun li jkun fuq din il-proprjetà?
ONOR. JASON AZZOPARDI (Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur): Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament huwa proprjetà tal-Gvern skont il-ftehim li sar bejn il-Gvern u s-Santa Sede.