THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.
ONOR. ALFRED SANT:Sur President, infakkar lill-Ministru li dħalna f’dan id-dibattitu għax bdieh ilbieraħ hu meta konna qed nitkellmu fuq din il-klawsola u f’daqqa waħda telaq. (Interruzzjonijiet) Dan apparti mill-fatt li nistiednu li l-ispjega li għamel, jekk jogħġbu, jibgħatha ftit lill-istaff tal-Fond Monetarju Internazzjonali li mid-dehra tant huma ċwieċ, tant huma ħmir li l-punti li għamel hu ma fehmuhomx. Qed ngħid dan għax fir-rapport ta’ Marzu tagħhom, ta’ kull sena, fuq Malta għamlu dawn l-istess punti li għadni kemm semmejt jien u li hu qal li ma jiswew xejn. Safejn naf jien, il-Gvern ma pprotestax fuqha. Dak hu l-kumment li ridt nagħmel.