WSC - KONTIJIET TAL-ILMA 36836. L-ONOR. JOE MIZZI (f’isem l-Onor. Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kemm-il darba ċemplet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma peress li qed ikollha kontijiet għoljin wisq?
ONOR. TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment): Ninsab informat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.