THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Sant.
ONOR. ALFRED SANT:In real terms hekk tkun qed tagħmel. Dan bħal meta fl-imgħoddi kien ikun hemm is-sinking fund, li m’għadhiex tintuża daqshekk. In real terms hekk tfisser, jiġifieri qisek qed tiddeċiedi li kull sena se jkollok a certain line item li jiġi one-twentieth of the difference, fil-każ tagħna bejn 70% u 60%, li jidħol fis-sinking fund. Issa jekk ikunx cash surplus, dik ħaġa oħra. Mhux hekk tfisser, iva jew le? Hemm obbligu. Issa inti qed tgħid li jkollok surplus però anke jekk ma jkollokx surplus, inti obbligat tagħmilha.
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Jekk tagħmel linja above your deficit surplus line biex tgħid €50 miljun biex innaqqas id-dejn, the net result would be li inti tiġi balanced budget. Jekk ma tagħmilhiex dik il-linja, se tiġi €50 miljun surplus li awtomatikament qed tikkontribwixxi biex tnaqqas €50 miljun proporzjon ta’ dejn. Issa how you classify it, that is a different issue, but the context is that.