THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Għaliex għandi nagħmel sinking fund u niddepożitah f’kont ta’ bank li jagħtini 2%, meta jien qed nissellef bil-5%? Fil-każ naqbad l-istocks li qed inħallas bil-5% u I redeem them. B’dan il-konċett qisek ħloqt sinking fund imbagħad ħallasthom. Għalhekk qed ngħid it is more of an accounting classification rather than a principle.
THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Le, imma inti taf li għandek ċertu ammont ta’ flejjes li ma tistax tużahom for other purposes. Dak huwa l-punt kollu tagħha, l-accounting tagħha, li inti taf li fil-budget tiegħek għandek dak l-income stream li trid twaddbu għal din il-ħaġa. Issa jekk twaddbux f’sinking fundjew tillikwidah minnufih, dik hija ħaġa oħra.