Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə59/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   55   56   57   58   59   60   61   62   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Dik nagħmluha kull sena meta nifdu l-istocks. L-istocks inħallsuhom meta jiġu mifdija u tagħmel re-issue. Issa jekk tkun qed tnaqqas id-domanda ta’ kemm għandek bżonn re-issue, tagħmel re-issue ta’ inqas. Jekk din is-sena għamilt €500 miljun stock issue, issa nagħmel €450 miljun, ladarba tkun għamilt surplus ta’ €50 miljun għax l-istock issue ta’ matul is-sena jagħti deficit. Ir-roll-over dak li hu. Tista’ tkun li turiha wara d-deficit line jew is-surplus line. Għalhekk qed ngħid it’s a classification issue more than anything.
THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Ministru, nistiednek biex, jekk jogħġbok, tressaq il-paragrafu l-ieħor.
ONOR. TONIO FENECH: Sur President, dan il-paragrafu jgħid hekk:
“JIEĦDU KONT tal-ħtieġa li jkun rispettat, fl-implimentazzjoni ta’ dan it-Trattat, ir-rwol speċifiku tal-imsieħba soċjali, kif huwa rikonoxxut fil-liġijiet jew fis-sistemi nazzjonali ta’ kull waħda mill-Partijiet Kontraenti;”.
Hawnhekk għandna statement rigward proċessi bħalma nagħmlu aħna tal-budget fejn ikollna diskussjonijiet mal-MCESD u dawn it-tip ta’ affarijiet. L-iskop ta’ dan it-trattat mhuwiex li b’xi mod joħnoq dan id-djalogu li Gvern jagħmel mal-partijiet interessati fl-iżvilupp tal-budget u allura dan qed jiġi stated biex ikunu ċċarati l-affarijiet.

Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   55   56   57   58   59   60   61   62   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin