PROBLEMA FIL-METERTAL-ILMA 36837. L-ONOR. JOE MIZZI (f’isem l-Onor. Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li għandha xi problemi fil-meter tal-ilma?
ONOR. TONIO FENECH: Ninsab informat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
ILMENT DWAR PARAPETT 36940. L-ONOR. JOE MIZZI (f’isem l-Onor. Silvio Parnis) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li fil-blokk fejn toqgħod hemm flat tal-Awtorità tad-Djar u hemm xi ilment rigward il-parapett?
ONOR. CHRIS SAID: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ħadet nota ta’ din l-interpellanza u nkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni tagħha.