ONOR. ALFRED SANT: Ħalli nkunu ċari għax naħseb li mhux qed nifhem tajjeb dwar l-arranġament li se jitħaddem. Jekk qed nifhem sew il-Bank Ċentrali Ewropew għandu kompetenza fuq il-banek kollha fis-sistema taż-Żona Ewro imma se jiddelega parti mis-superviżjoni lill-banek ċentrali nazzjonali li in a way jaġixxu bħala l-aġenti tiegħu. Issa jien fhimt li l-aġent tiegħu hawn Malta, minn dak li qal il-Prim Ministru, se jkun il-Bank Ċentrali ta’ Malta imma x-xogħol ta’ superviżjoni mhux il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jagħmlu imma l-MFSA. Bażikament se jerġa’ jkun hemm delega mill-Bank Ċentrali ta’ Malta lill-MFSA? Għax inkunu qegħdin inħawdu lil kulħadd aktar u aktar! Dan huwa settur li fih għandna l-aktar competitive advantage jgħidu!