ONOR. TONIO FENECH: Hawnhekk m’għandix il-kliem preċiż li ntuża fl-istqarrija. Jista’ jkun li meta nkitbet l-istqarrija ma kenitx saret id-distinzjoni però f’dak li huwa t-tfassil tal-arkitettura nnifisha, fid-diskussjoni, hemm rikonnoximent li f’pajjiżi differenti hemm struttura differenti ta’ min huwa responsabbli għas-superviżjoni. Qed nitkellmu fuq dik l-istruttura. Jista’ jkun li anke fl-istqarrija, meta wieħed kien qed jirreferi għall-Bank Ċentrali ta’ Malta kien qed jifhem effettivament għall-banking unit fl-MFSA aktar milli l-Bank Ċentrali ta’ Malta.