THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Qed nifhem li se tkun l-MFSA li se tkun iddelegata mal-Bank Ċentrali Ewropew fuq din il-ħaġa. Punt ieħor ukoll. Meta qed nitkellmu fuq koordinament, waħda mill-affarijiet li mhijiex qed tinqtal hija li bażikament qed tinħoloq din it-two-speed Europe. Minnha nnifisha din, malli tibda ddaħħal regolamenti differenti għaż-Żona Ewro vis-à-vis l-bqija, qed timmina s-single market. Naħseb li hemmhekk hemm problema li mhijiex qed tiġi indirizzata u rridu nifhmu x’inhi.
Fil-każ tagħna naħseb li l-aktar ħaġa li jaqblilna mill-Unjoni Ewropea kollha – issa jien dejjem kont xettiku fuq l-Unjoni Ewropea – huwa s-single market, which is the best asset li hemm anke għal Malta. Jekk issa se nitilqu fit-triq li timmina s-single market jew tikkonsolidaha għaż-Żona Ewro biss, hemm periklu, aktar u aktar għax ir-Renju Unit mhuwiex parti miż-Żona Ewro.
Dostları ilə paylaş: |