Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə77/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   73   74   75   76   77   78   79   80   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.

ONOR. ALFRED SANT: Il-Gvern Malti jaqbel mal-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa bħala sistema? Hija fl-interess nazzjonali tagħna jew le?

THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.

ONOR. TONIO FENECH: Pereżempju jekk nieħu l-financial transaction tax, l-ewwel nett irridu niċċaraw li meta nitkellmu dwar l-enhanced co-operation mechanism, speċjalment meta hija materja ta’ taxxa bħalma hija l-financial transaction tax, xorta trid tgħaddi mill-Kunsill b’vot unanimu mis-27 pajjiż biex tibda. Mhux biex tibda d-diskussjoni imma l-proposta finali li trid tiġi aċċettata. Dik il-proposta mbagħad irid ikollha an economic feasibility tagħha biex wieħed jara li m’għandhiex impatt, pereżempju, fuq is-single market jew impatt negattiv fuq xi pajjiż partikolari. Imbagħad dak ir-rapport ikun irid jiġi mressaq mill-Kummissjoni qabel tittieħed id-deċiżjoni. Hemm ċerti aspetti b’mod partikolari fuq materji fiskali li jien m’għandix dubju li jista’ jkun hemm numru ta’ pajjiżi li qed jaqblu magħhom li jimxu ‘l quddiem. Fosthom hemm din tal-FTT li però mhuwiex fl-interess tagħna li nimxu fuqha. Lanqas mhu fl-interess tagħna li neċessarjament nimblokkaw kull żvilupp fl-Unjoni Ewropea. Dment li aħna nipproteġu l-interess tagħna, ħaddieħor jista’ jagħmel dak il-pass. Jista’ jkun li jiġi għall-vantaġġ tagħna wkoll, għax aħna dejjem sostnejna li pereżempju l-FTT ma tagħmilx sens, għax jekk ma tiġix implimentata fid-dinja kollha, din se tagħmel inqas attraenti dawk il-pajjiżi li għandhom jadottawha. Issa, jekk dawn il-pajjiżi jridu jagħmluha, għax għandi nżommhom jien? Naħseb li l-ġudizzju ta’ jekk naqbilx li tintuża l-enhanced mechanism mhuwiex dwar jekk di principio dak il-mekkaniżmu għandux jintuża, imma jekk f’dik il-materja partikolari li qed tiġi proposta huwiex tajjeb li jintuża. Jista’ jkun ukoll li tiġi proposta, m’għandix idea f’moħħi bħalissa, fejn aħna ngħidu li aħna ma naqblux li xi ħaġa bħal din tiddaħħal bl-enhanced mechanism għax din tista’ toħloq problemi fis-suq intern, pereżempju. Naħseb li we will have to take it on a case by case basis.


Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   73   74   75   76   77   78   79   80   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin