THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Ma tħossx l-bargaining power tal-pajjiż jonqos b’din il-ħaġa f’terminu ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu?
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Bħal kollox, il-mekkaniżmu għandu t-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Tista’ toqgħod barra, però jekk m’intix ġewwa fit-tfassil, jekk ma tkunx wieħed mill-11 fl-FTT, fil-mekkaniżmu, allura jfisser li inti m’intix qed tinfluwenza l-proposta finali għaliex imbagħad il-proposta finali hija ppreżentata minn dawk il-pajjiżi li jkunu fl-enhanced mechanism. Però rrid ngħid li fil-passat kien hemm sitwazzjonijiet fejn għalkemm ma konniex qed naqblu fil-prinċipju ma’ xi ħaġa, għażilna li xorta nidħlu fl-enhanced mechanism sakemm tfasslet il-proposta - u din kienet waħda minnhom - però mbagħad we still opted out. B’dan il-mod bqajna fuq il-mejda tad-diskussjoni. Inti tista’ dejjem you opt out. Ħafna drabi jista’ jkun li jkun tajjeb li tidħol, imma fl-FTT ħassejna li lanqas kellna nidħlu għax lanqas ridna nibagħtu messaġġ, għar-raġunijiet ovvji, li aħna qed nikkonsidrawha. Imma stajna għamilna dik l-għażla kieku ridna. Stajna għidna li mmorru għall-enhanced mechanism ukoll, imma mbagħad at the point li tiġi maqbula aħna ngħidu li ma naqblux għax ma narawx li hemm is-salvagwardji li għandna bżonn u li jogħġbu lilna. Tista’ tagħmel hekk. Ma jżommok xejn li tibqa’ sal-aħħar għaliex inti tkun qed taqbel fuq il-prinċipju, fuq il-proposta, imma jista’ jkun fid-dettall ma taqbilx.
Anke fuq tal-FTT, jien għad irrid nara l-proposta fiha nnifisha għax l-14 jew il-15-il pajjiż li qed jgħidu li lesti jimxu fuq l-FTT, meta kienu fuq il-mejda tad-diskussjoni ma kenux qed jaqblu fuq kollox. Dawn iridu jikkonverġu għall-proposta finali li tiġi fil-Kunsill, imma ovvjament huma dawk il-pajjiżi li se jiddiskutu l-proposta finali għax huma għażlu li jidħlu fil-konsiderazzjoni. Dak kif jaħdem il-mekkaniżmu.
Dostları ilə paylaş: |