ONOR. ALFRED SANT: Dwar l-argument, pereżempju, jekk jistgħux ipaċu d-dħul tal-FTT mal-contributions tagħhom lill-Unjoni Ewropea, dik għandek say fuqha jew le? Taf x’inhu l-argument; jew iżżommuha nazzjonalment jew jgħadduha lill-Brussels, imbagħad Brussels tagħtihom rebate fuq il-contributions tagħhom. Fuq dik għandkom say jew le?
THE DEPUTY SPEAKER:Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Fl-aħħar mill-aħħar fil-proposta finali għandna, għax irridu napprovawha. Jekk effettivament, in-net contribution li dak il-pajjiż jgħaddi jibqa’ l-istess ma tagħmillix differenza, sempliċement it’s a paper transaction. Però wieħed għad irid jara l-proposta finali. Fil-laqgħat li kelli ħareġ li diversi pajjiżi, għalkemm riedu l-FTT, ma riduhiex li tkun FTT li l-kontribuzzjoni tagħha tmur fuq livell Ewropew imma riedu li tmur biex anke tgħin il-konsolidazzjoni fiskali li għandhom huma. Dan għax għandhom numru ta’ sfidi huma li qed jarawha bħala a source of revenue għall-pajjiżi. Jiġifieri, anke hemm, m’iniex konvint kemm il-pajjiżi kollha qed jaqblu f’dan l-istadju, li għandha tmur at a European level, anke dawk li qegħdin fl-enhanced mechanism discussion.