THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq il-paragrafu li jmiss.
ONOR. TONIO FENECH: Il-paragrafu li jmiss jgħid hekk:
“IFAKKRU fil-ftehim tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri taż-Żona Ewro, fis-26 ta’ Ottubru 2011, li jtejbu l-governanza taż-Żona Ewro, inkluż li jsiru mill-inqas żewġ laqgħat ta’ Summit dwar l-Ewro kull sena, li jsiru, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni minn ċirkostanzi eċċezzjonali, immedjatament wara laqgħat tal-Kunsill Ewropew jew laqgħat bil-parteċipazzjoni tal-Partijiet Kontraenti kollha li jkunu rratifikaw dan it-Trattat;”.
Din hija klawsola ta’ proċedura aktar minn kollox. S’issa d-diskussjonijiet fuq livell ta’ Euro group kienu diskussjonijiet fuq livell ħafna drabi tal-Kunsill tal-Ministri, l-ECOFIN. Issa qed ikun hemm qisu anke at a Euro group council level, ta’ kapijiet ta’ Gvern li jiltaqa’ darbtejn fis-sena. Informalment xorta kien qed jiltaqa’ għax meta nqalgħet il-kriżi, niftakar kienet Presidenza Franċiża taħt Sarkozy, u huwa kien beda jlaqqa’ dawk li kien isejħilhom is-summits tal-Euro group qabel u mhux wara. Hawn qed jiġi propost li wara, imma din ma tagħmilx differenza. Sarkozy kien ilaqqagħhom qabel ma jiltaqa’ s-summit innifsu. Din hija xi ħaġa li effettivament kienet diġà bdiet issir u issa qed tidħol ratifikata f’dan it-Trattat.
Dostları ilə paylaş: |