ONOR. ALFRED SANT: Jien kont se ngħidlek biex tagħtina ftit briefing fuq x’sar mill-Euro Plus għax kienet parti mill-jargon li kienet għaddiet mhux ħażin fir-rebbiegħa u s-sajf tas-sena 2011, ara kemm ilu, u minn dak iż-żmien ma ssemmiet qatt aktar ħlief f’dan it-Trattat, biex taparsi nagħmlu round-up tagħha. M’għandekx briefing fuqha din?
THE DEPUTY SPEAKER:Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: M’għandix briefing hawn. Ovvjament il-Euro Plus ġie implimentat tramite t-two-pack u diversi leġiżlazzjonijiet oħrajn. Fuq il-kompetittività mbagħad twaqqaf l-alert mechanism u anke l-proċess fil-patt li sar. Aħna kellna kwestjoni sħiħa fuqu l-proċess li jidentifika l-issues tal-kompetittività. Il-proċedura nbdiet f’dan is-sens dwar dak li kien l-oġġettiv tal-Euro Plus biex ikun hemm aktar kompetittività fiż-Żona Ewro.