THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Jista’ l-Ministru jispjega ftit x’ġara fuq Spanja f’dan il-kontest għax qed jitkellmu dwar programmi ta’ assistenza finanzjarja, u kif fehem kulħadd, wara Ġunju 2012 sar qbil li fil-każ ta’ Spanja se tingħata €100 biljun bħala għajnuna diretta lill-banek tagħha li ma tkunx soġġetta għall-kondizzjonalità li ġġib magħha bailout normali. Sussegwentement inqalgħu ħafna intoppi u beda jinqtal li effettivament ma tistax issir din il-ħaġa u li għall-exposures bankarji bħal ta’ Spanja tal-imgħoddi mhux se japplika l-intervent tal-ESM. L-obbligu kien ċarissimu f’Ġunju li għadda. In the meantime xi pajjiż jew pajjiżi reġgħu nġibdu lura. X’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta fuqha din? Għax meta dan il-Parlament ġie nformat x’ġara f’Ġunju li għadda, kien hemm stqarrija fis-sens li Spanja se tingħata €100 biljun, il-Gvern Spanjol kien kategoriku fuqha, imbagħad ħarġu dubji dwar kemm il-Ġermanja se taċċetta din il-ħaġa. Issa jidher li l-Kunsill Ewropew ħa l-pożizzjoni li l-ESM mhux se tapplika għall-banek u għall-problemi bankarji li huma kurrenti imma għall-affarijiet tal-futur. X’inhu l-background fuqha din il-ħaġa?