Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə86/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   82   83   84   85   86   87   88   89   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Imma dan ma kienx l-intendiment ta’ Ġunju. L-intendiment ta’ Ġunju kien li Spanja mhux se tingħata bailout għax il-kondizzjonalità ma ridithiex. Apparti mill-fatt li jiżdied in-national debt tagħha b’dak it-tip ta’ arranġament, riedet li dan jingħata direttament lill-banek b’kondizzjonalità li kellha tmur vis-à-vis s-sitwazzjoni tal-banek. U jekk niftakar tajjeb, kien se jintuża l-EFSF ħalli mbagħad meta jiġi rranġat l-ESM, dan ikun jista’ jieħu over mingħand l-EFSF. Kif nafha jien l-istorja, imbagħad daħal il-Ministru tal-Affarijiet Finanzjarji Ġermaniż li ma qabilx ma’ din id-deal u daħħal il-kondizzjonijiet li qed tgħid int. Jekk il-Kunsill Ewropew iddeċieda kif iddeċieda f’Ġunju, kif issa fl-aħħar kunsill hemm vote fast totali? Qed jintqal ukoll li anke jekk ikun hemm il-bidliet li qed tgħid inti fl-ESM, jiġifieri li jkun jista’ jagħmel dawn l-affarijiet direttament mal-banek, mhux se japplika għal każi bankarji tal-imgħoddi imma għall-affarijiet li jkunu kurrenti as at the time meta l-ESM jiġi emendat f’dan is-sens.

Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   82   83   84   85   86   87   88   89   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin