THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Naqbel li oriġinarjament kien hemm ħsieb li l-mekkaniżmu li kien se jintuża kważi f’Ġunju kien li jibdew bl-EFSF imbagħad jidħol fl-ESM. At the pace we’re going naħseb li se jidħol fl-ESM mill-ewwel aktar milli fl-EFSF. Ovvjament wieħed irid jistenna l-iżviluppi fihom infushom għaliex l-intenzjoni dejjem kienet li jibda fl-EFSF imbagħad jaqleb għall-ESM. Hemm issues legali li wieħed għad irid jara u hemm anke l-issues politiċi tad-diversi pajjiżi dwar pożizzjonijiet li huma jieħdu fil-konfront anke ta’ dawk li huma l-obbligi li huma għandhom skont il-kostituzzjonijiet tagħhom u l-parlamenti tagħhom.
Jien naħseb li l-Ministru Ġermaniż għandu dritt jgħid li ċerti aspetti mhumiex aċċettabbli għalih. Issa sta għad-diskussjoni li twassal għas-soluzzjoni, u l-Ġermanja dejjem ħadmet biex tinstab soluzzjoni li tirrispetta l-kostituzzjoni tagħha però li toffri soluzzjoni. U għalhekk hi daħħlet il-kontest importanti li l-użu tal-mekkaniżmu tal-ESM b’mod dirett ikun kondizzjonat ukoll mill-fatt li jkun hemm a banking union u l-euro area jkollha a single banking supervisory authority. Dik hija xi ħaġa li l-Ġermanja insistiet fuqha f’dan is-sens. Ovvjament ma tistax tinjoraha u allura kien hemm anke l-iżvilupp u l-maturazzjoni fis-summits li kien hemm dwar dan il-punt importanti.