GżIRA - dar residenzjali tal-anzjani - GĦELUQ 37192. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista’ l-Ministru jgħid x’użu se jsir mid-dar tal-anzjani tal-Gżira la titbattal kompletament? X’inhi r-raġuni li meta ttieħdet id-deċiżjoni li jingħalaq dan iċ-ċentru l-familjari konċernati, allegatament, ma ġewx konsultati tant li kien hemm ilmenti ta’ rabja kbira mill-familjari li għandhom xi ġenitur hemmhekk peress li dan iċ-ċentru qed jitbattal u l-qraba qegħdin jinferxu f’bosta postijiet mingħajr konsultazzjoni ta’ xejn?