ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li s’issa ma ġiex identifikat kif se tintuża d-Dar tal-Anzjani tal-Gżira ladarba titbattal.
Meta ttieħdet id-deċiżjoni li tingħalaq id-Dar tal-Gżira l-kap ta’ din id-dar beda proċess ta’ diskussjoni kemm mar-residenti kif ukoll mal-qraba tagħhom biex b’hekk jindikaw il-preferenza tagħhom għal djar oħra fejn tista’ tiġi offruta kura fit-tul.
IL-PROMENADE BEJN IL-GŻIRA U TAS-SLIEMA - BLA DAWL 37193. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: B’referenza għall-problemi li hemm fil-promenade bejn il-Gżira u Sliema li qed ikun għal ġranet sħaħ bla dawl fuq in-naħa ta’ mal-baħar, jista’ l-Ministru jgħid jekk din hijiex problema purament tal-kunsilli lokali jew jekk hemmx xi xogħol jew għajnuna li hija mistennija wkoll mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi rimedjata din il-problema li qed twassal għal ħafna lmenti mill-pubbliku?