ONOR. MARIO DE MARCO: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Rigward l-emissjonijiet mill-ajruplani meta jkunu fil-għoli ħafna għandhom effett minimu fuq il-kwalità tal-arja li tiġi mkejla fl-aktar parti baxxa tal-atmosfera.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika - NATIONAL ACCOUNTS 37327. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jara li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jagħti dettalji (breakdown) tal-investiment fin-National Accounts għas-snin 2008-2012 fejn jiddistingwi kemm minnu hu investiment tal-Gvern u mill-Gvern, u kemm minnu hu investiment mill-privat u tal-privat?