APPLIKAZZJONI GĦAL TRASFERIMENT GĦAL SKOLA OĦRA 37392. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Tista’ l-Ministru tara li t-tifel ta’ ħames snin li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jiġi trasferit mill-iskola primarja ta’ Tal-Pietà għal dik tar-Rabat peress li ommu dejjem tkun ir-Rabat fejn toqgħod ma’ missierha sabiex tieħu ħsiebu?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Din l-applikazzjoni għadha pendenti sakemm tkun ikkonfermata ċerta informazzjoni mogħtija dwar il-post tar-residenza tal-omm u l-istudent.