TRANSPORT MALTA - ADMINISTRATION DEPARTMENT 37413. L-ONOR. JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha Transport Malta mingħajr administration department liema dipartiment huwa integrat fid-Direttorat tal-Corporate Services?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li r-rwol tal-administration department kien integrat fid-Direttorat tal-Corporate Services tal-awtorità mat-twaqqif tagħha fl-2010.
TRANSPORT MALTA - XOGĦLIJIET TA’ SPEED BUMPS 37414. L-ONOR. JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 36548, ġaladarba l-informazzjoni tinżamm mal-istatistika ta’ xogħlijiet oħra, jista’ l-Ministru jipprovdi din l-istatistika flimkien mal-lista tal-kuntrattur/i u jindika dawk il-postijiet ta’ fejn ġie stallat ix-xogħol imsemmi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm direct order fuq dawn ix-xogħlijiet?