SUPPLY LSAs - INFORMAZZJONI 37437. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm fil-lista supply LSAs li għaddew mill-intervisti tagħhom u qed jistennew li jintużaw skont il-bżonn? Kemm kien hemm li bagħtu għalihom s’issa din is-sena u kemm fadal fuq il-lista?
ONOR. DOLORES CRISTINA: In-numru ta’ supply LSAs li għaddew mill-intervisti li saru b’kollox jammontaw għal 375. S’issa din is-sena ssejħu 160. Għaldaqstant fuq il-lista fadal 215. Dawn jissejħu skont il-ħtieġa.
PEMBROKE - TRIQ GABRIEL HENIN - KAROZZI ABBANDUNATI 37438. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Intern: Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Pulizija beħsiebha tieħu l-passi meħtieġa biex tneħħi karozzi li jkunu ilhom xhur ipparkjati illegalment u abbandunati fi Triq Gabriel Henin, Pembroke?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Infurmat li ttieħdu l-passi neċessarji.