Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə13/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Ngħaddu issa għal Tqegħid ta’ Karti u nsejjaħ lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

TQEGĦID TA’ KARTI



ONOR. AUSTIN GATT (Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Informazzjoni dwar diversi studji tekniċi u ambjentali li saru fir-rigward tal-proposti għal proġett magħruf bħala Kappara Junction, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 37199;
f’isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar xogħlijiet li saru permezz ta’ kwotazzjoni mill-kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali bejn April u Settembru 2012, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 37521;
Tagħrif dwar xogħlijiet li saru permezz ta’ kwotazzjoni mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali bejn April u Settembru 2012, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 37522; u
Tagħrif dwar xogħlijiet li saru permezz ta’ kwotazzjoni mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali bejn April u Settembru 2012, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 37523.

Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin