ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
MOSTA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA - SERVIZZI 37466. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi tħallew fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta issa li fil-bini ta’ din iċ-ċentru għaddej xogħol estensiv ta’ rranġar u mmodernizzar?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li fil-bini taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta baqa’ jingħata biss servizz ta’ radjoloġija. Madankollu sar arranġament biex fil-binja tal-kunsill lokali tinfetaħ berġa għal bżonnijiet tar-residenti tal-lokal b’mod temporanju sakemm isiru x-xogħlijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.