MOSTA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA - SERVIZZI 37467. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li x-xogħol ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta jitlesta u jerġa’ jibda jingħata s-servizz li kien mdorri jieħu l-poplu minn dan iċ-ċentru tas-saħħa?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li sakemm il-proċess tat-tenders jitlesta mingħajr dewmien huwa ppjanat li l-proġett ikun finalizzat matul l-ewwel sitt xhur tal-2013.
BENEFIĊĊJI SOĊJALI – KAŻ TA’ PERSUNA LI MHUX TIRĊIEVI Ċ-CHILDREN’S ALLOWANCE