THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Sant.
ONOR. ALFRED SANT:Bir-rispett kollu, hemm aktar minn hekk. L-obbligu huwa li mhux biss tagħmel surplus imma dak is-surplusjew dak il-line item imur … (Interruzzjonijiet) Le, imma hemm l-intenzjonalità wkoll. L-intenzjonalità qiegħda li you are obliged li jekk għandek surplus, dan twaddbu fis-sinking fund, imma jekk le, teknikament għandek obbligu li ċertu ammont f’dik is-sena jmur ħalli tnaqqas id-dejn. Hekk qiegħda.
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH:Under ISA/95, is-surplus ma jista’ jmur imkien aktar ħlief to finance your debt. (Interruzzjonijiet) Iva, dażgur, x’tista’ tagħmel bih? (Interruzzjonijiet) Le, ma tistax għax l-ISA/95 titkellem dwar after capital investment. Ma tistax tgħid li issa se naqbad din il-€50 miljun surplus din is-sena u nitfagħha fi proġett kapitali, inkella se tiġi balanced budget u mhux surplus. Is-surplus mhux primary surplus, huwa the end result surplus li jinkludi wkoll il-kapital li tieħu ISA/95 bħala surplus. Accounting wise, naqbel miegħek. Tista’ tgħid li in the capital level se tagħmel a contribution u tiġi zero surplus. Tista’ tagħmel hekk, kif kien isir fis-sinking fund, imma l-fatt li jien innaqqas it-treasury bills b’€50 miljun għax għamilt surplus u allura m’għandix bżonn it-treasury bills, the net impact on the government debt is a €50 million reduction in my total public debt. It doesn’t make a difference whether you pay off a stock, a bank account, or the treasury bills because you accumulate them all. It’s more of an accounting classification aktar milli xi prinċipju ieħor.