Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə61/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   57   58   59   60   61   62   63   64   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Ministru, nistiednek biex, jekk jogħġbok, tressaq il-paragrafu li jmiss.
ONOR. TONIO FENECH: Dan il-paragrafu jgħid hekk:
“JINNUTAW li l-funzjonament tajjeb tal-unjoni ekonomika u monetarja jeħtieġ li l-Partijiet Kontraenti jaħdmu flimkien lejn politika ekonomika fejn, filwaqt li jibnu fuq il-mekkaniżmi tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, kif definiti fit-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, jieħdu l-azzjonijiet u l-miżuri meħtieġa fl-oqsma kollha li huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb taż-Żona tal-Ewro;”.
Din hija forsi waħda mill-aktar klawsoli li kien hemm dibattitu fuqha, fuq x’timplika u xi tfisser. Min jipprova jdaħħal il-kontest ta’ fiscal union jipprova jiġġustifika ċertu kontest permezz ta’ din it-tip ta’ klawsola li meta taqraha tinstema’ li hija miftuħa għax titkellem fuq il-ħtieġa ta’ koordinament fil-politika ekonomika, u fuq azzjonijiet u miżuri meħtieġa fl-oqsma kollha – u l-kelma “kollha” tfisser kollox - li huma essenzjali għal funzjonament tajjeb taż-Żona Ewro.

Il-Gvern iħoss li fiscal union mhijiex funzjoni neċessarjament tajba għaż-Żona Ewro, għalkemm hemm pajjiżi li għandhom dik l-opinjoni. L-artiklu fih innifsu jiftaħ għal dibattitu dwar fejn għandha tkompli tissaħħaħ, tikber u timxi ‘l quddiem l-Unjoni Monetarja biex l-Unjoni Ewropea jkollha aktar funzjonament ta’ unjoni ekonomika b’saħħitha. Pereżempju aħna nenfasizzaw li hemm ċerti aspetti tas-suq ħieles li għad hemm aktar x’isir fuq livell Ewropew imma hemm pajjiżi li għandhom enfasi f’oqsma oħra.


Nerġa’ nenfasizza li dan it-trattat innifsu ma jistabbilixxix parametri speċifiċi f’dan is-sens u jħalli ftuħ għall-iżvilupp ta’ din il-materja permezz ta’ diskussjonijiet li għad iridu jsiru fil-Kunsill tal-Ministri, fl-ECOFIN u fil-proposti li jitressqu mill-Kummissjoni li jridu jiġu aċċettati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.

Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   57   58   59   60   61   62   63   64   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin