Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə62/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   58   59   60   61   62   63   64   65   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Din hija klawsola li qed tiftaħ mare magnum. Fuq ekonomija għedtli ma nitkellmu xejn imbagħad hawnhekk għandna enabling clause u hawn kollox miftuħ. (Interruzzjonijiet) Imma kollox miexi. L-unjoni bankarja mhijiex miexja? Naħseb li minn hemm nitilqu, u fuq din hija bbażata l-idea tal-unjoni bankarja. Hemm ċerti affarijiet li jidher li qed naqblu magħhom bħala unjoni bankarja minn kif tkellem il-Prim Ministru jumejn ilu, imma hemm ċerti affarijiet li għadhom fl-ajru wkoll. Pereżempju, aħna qed naqblu, skont ma qal il-Prim Ministru jumejn ilu, li l-Bank Ċentrali issa se jkun qed jirrapporta lill-Bank Ċentrali Ewropew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ superviżjoni bankarja f’Malta. Il-Malta Financial Services Authority x’se jiġri minnha? Hawn diġà qed jidħol feles. Jekk issa l-Bank Ċentrali Malti se jirrapporta fuq il-banek lill-Bank Ċentrali Ewropew, se jkollok matrix għaddejja fuq is-servizzi finanzjarji li diġà hija inkwetanti.
Din hija l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, minn hemm tlaqna, u diġà qed toħloq ċerti problemi aħseb u ara f’dak li għandu x’jaqsam mal-financial transaction tax. Issa naf li l-Gvern qed jgħid le u l-Oppożizzjoni qed taqbel miegħu, imma waħda torbot mal-oħra u naħseb li jkun tajjeb li jkollna xi forma ta’ scenario dwar x’se jiġri eżattament.

Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   58   59   60   61   62   63   64   65   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin