Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə63/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   59   60   61   62   63   64   65   66   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Mingħajr dubju din hija klawsola li tiftaħ dibattitu għal ħafna affarijiet, imma mhijiex konklużiva. Hija biss a wish, more than anything. A wish li ovvjament fuqha l-Kummissjoni tiġi bi proposti għaliex ovvjament tpoġġiha f’kontest li hemm deċiżjoni li ħadna bħala gvernijiet li jrid ikollna funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan huwa tajjeb imma l-proposti jridu jiġu. Kif jiġri f’kull proposta, bħalma semmejt tajjeb inti, fosthom tal-banking union, il-Gvern imbagħad jieħu l-pożizzjoni tiegħu.

Dwar il-kwestjoni tas-superviżjoni ta’ min jagħti l-informazzjoni, ir-realtà hija li l-pajjiżi varji għandhom mudelli differenti. Hemm tnejn. Hemm numru ta’ pajjiżi li għandhom is-sistema fejn il-bank ċentrali tagħhom huwa wkoll is-supervisory authority tal-banek imma hemm ħafna pajjiżi oħrajn fejn mhuwiex hekk. Illum il-bank ċentrali jieħu aktar ħsieb il-politika monetarja mal-ECB imma fil-każ tagħna l-MFSA huwa r-regolatur f’dan is-sens. Ma jfissirx li b’dak li qed niddeċiedu jrid ikun hemm xi amalgamazzjoni taż-żewġ entitajiet. Min għandu l-kompetenza maqsuma, li fil-każ tagħna hija maqsuma mal-MFSA, l-ECB se jassumi r-responsabbilità mal-MFSA Maltija fil-kontest ta’ dak li tirregola l-MFSA Maltija, imbagħad tara aspetti ta’ informazzjoni mal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Aħna mhux qed naraw li hemm xi problema jew xi requirement fejn issa rridu namalgamaw kollox taħt bank ċentrali u nerġgħu naqilgħu dak li qiegħed taħt l-MFSA u npoġġuh taħt il-Bank Ċentrali. Dik id-diskussjoni ma saritx. Ovvjament, fuq livell Ewropew, meta jibdew jitkellmu jgħidu li iva, il-banek ċentrali nazzjonali jibqa’ jkollhom rwol, imma probabbli min kien qed jitkellem kien qed jitkellem fil-kontest tal-post li jkun ġej minnu li fih ma jkunx hemm żewġ entitajiet. Jiġifieri mhux għax hemm xi regolament li qed jgħid li issa l-MFSA trid terġa’ tidħol lura fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għaliex huwa l-Bank Ċentrali li jibgħat l-informazzjoni. Mhux hekk se jsiru l-affarijiet u se jkun hemm kuntatt ukoll mar-regolatur.


Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   59   60   61   62   63   64   65   66   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin