Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə68/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   64   65   66   67   68   69   70   71   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.

ONOR. ALFRED SANT: Imma stenna ftit! Jien ħadt l-intendiment pereżempju, li din il-kwestjoni ta’ superviżjoni se tkun imbagħad kondizzjonata minn argumenti dwar deposit insurance, minn guarantee schemes, li se jkunu riferibbli biss għaż-Żona Ewro u affarijiet oħra li anke għandhom x’jaqsmu mal-interventi li jista’ jagħmel l-ESM fil-qasam bankarju. Jekk tħares lejha b’dan il-mod, dan hu l-ewwel pass għal miżuri oħra li se jagħmlu distinzjoni bejn banek taż-Żona Ewro u banek barra miż-Żona Ewro.

THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.

ONOR. TONIO FENECH: L-iskop ta’ a common deposit compensation scheme ovvjament għad trid tiġi proposta kif se taħdem u kollox però ma tbiddilx mill-obbligi kollha li għandhom diġà s-27 stat membru li jkollhom deposit compensation scheme.

Dwar ir-resolution fund, iva, dik hija xi ħaġa ġdida u allura wieħed irid jara x’livell ta’ kontribut se jintalab minn dawk il-banek fiż-Żona Ewro għar-resolution fund. Irrid ngħid li hemm pajjiżi li huma barra ż-Żona Ewro li qed jinsistu li huma jridu jkunu wkoll fl-istruttura għaliex jemmnu li hija ta’ ġid għal kulħadd f’dan is-sens. Li huwa żgur hu li dawn it-tip ta’ strutturi ma jistgħux jimpinġu on the aspects of a single market. Hemm numru ta’ pajjiżi li mhumiex fiż-Żona Ewro, pereżempju l-Ingilterra li fuq din l-issue huwa żelużi ħafna. Huwa dibattitu attwali ħafna, però s’issa la fuq ir-resolution fund u lanqas fuq il-common deposit compensation scheme għadhom ma ġew xi proposti fuq il-mejda.




Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   64   65   66   67   68   69   70   71   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin