ONOR. ALFRED SANT: Il-punt tiegħi huwa differenti. Rigward dak li għandu x’jaqsam ma’ superviżjoni, kif se jopera vis-à-vis banek li jkunu half in, half out, mhux biss għall-HSBC Malta tapplika din il-ħaġa. Ovvjament għandhom l-ESMA li timmoniterjahom, imma we are talking about this new supervisory function li relates to the Euro Zone for Euro Zone. L-istess ħaġa tapplika pereżempju għal offshore banks – se ngħidilhom offshore banksallavolja mhumiex offshore – li għandna Malta. Dawk se jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-Euro Zone ukoll pereżempju? Dawn ma joperawx f’Malta imma qegħdin sempliċement ibbażati f’Malta. They account for 600%tal-assets tal-pajjiż, għax 250% huma banek li joperaw f’Malta. Dawk ukoll se jaqgħu taħt il-Euro Zone supervision? Allura dik mhijiex theddida? Dawn ġew Malta għax jafu li hawn ir-regulations Maltin li japplikaw imma issa se jiġu soġġetti – jekk se jiġu soġġetti, għalhekk qed nistaqsi – għas-superviżjoni taż-Żona Ewro. Hemm xi ħaġa li qed ixxaqqaq l-idea ta’ single market f’din il-ħaġa.