THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Min isejjaħhom, il-President Ewropew Van Rompuy jew inkella l-Kap tal-Euro group?
THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Jidhirli Van Rompuy. Fil-fatt ikun il-President tal-Kunsill li jlaqqgħu.
THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki? (Onor. Membri: No) Mela ngħaddu għall-paragrafu li jmiss.
ONOR. TONIO FENECH: Il-paragrafu li jmiss jgħid hekk:
“IFAKKRU wkoll fl-approvazzjoni li ngħatat mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri taż-Żona Ewro u minn Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea, fil-25 ta’ Marzu 2011, tal-Patt Euro Plus, li jidentifika l-kwestjonijiet li huma essenzjali sabiex titrawwem il-kompetittività fiż-Żona Ewro;”.
Hawnhekk m’għandix id-dikjarazzjoni però hawn qed ifakkru f’dik id-dikjarazzjoni li kienet saret fil-25 ta’ Marzu 2011. Jekk niftakar sew kienet anke relatata mal-kwestjoni tal-unjoni bankarja u l-aspetti l-oħrajn li fil-fatt issa qed isir id-dibattitu fuqhom.
Dostları ilə paylaş: |