Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə83/138
tarix07.01.2022
ölçüsü0,56 Mb.
#88598
1   ...   79   80   81   82   83   84   85   86   ...   138
THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor. Alfred Sant.

ONOR. ALFRED SANT: Hemm xi ċans li tagħtina xi briefing note żgħira fuqha? Frankament mitluf fuqha jien. Ma nafx eżattament x’sar mill-Euro Plus
Forsi hemm xi ħadd li jista’ jagħmillek nota u tgħaddihielna.
THE DEPUTY SPEAKER: F’dak il-każ għal seduta oħra, Onor. Sant.
ONOR. ALFRED SANT: Le, le, mhux issa. Tant huwa suġġett li baqa’ fis-sħab li kull meta tiċċekkja fuqu ssib tentufa ‘l hemm u tentufa ‘l hawn u bażikament hija xi ħaġa li kulħadd jagħmel ġenuflissjoni quddiemha u jibqa’ għaddej.
THE DEPUTY SPEAKER: Mela qed naqblu li l-Ministru mhux se jagħmel il-briefing note illum imma qed jikkommetti ruħu li jagħmilha għas-seduta li jmiss li nkunu qed niddiskutu dan is-suġġett. Aktar rimarki dwar dan il-paragrafu? (Onor. Membri: No) Il-Ministru Fenech.
ONOR. TONIO FENECH: Il-paragrafu li jmiss jgħid hekk:
“JENFASIZZAW l-importanza tat-Trattat li jistabilixxi Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà bħala element ta’ strateġija globali biex isaħħaħ l-unjoni ekonomika u monetarja u JINDIKAW li l-għoti ta’ assistenza finanzjarja fil-qafas ta’ programmi ġodda taħt il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà se jkun kondizzjonali, mill-1 ta’ Marzu 2013, fuq ir-ratifika ta’ dan it-Trattat mill-Parti Kontraenti konċernata u, malli l-perjodu ta’ traspożizzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) ta’ dan it-Trattat ikun skada, mal-konformità mal-ħtiġiet ta’ dak l-Artikolu;”
Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-European Stability Mechanism. Jekk niftakar sew l-Artikolu 3(2) huwa marbut mal-kwestjoni tal-implimentazzjoni sad-data stabbilita tal-golden rule f’dak il-pajjiż li jkun se jitlob assistenza. Jekk ma tkunx daħlet il-golden rule, dak il-pajjiż ma jkunx jista’ jitlob dik l-assistenza.

Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   79   80   81   82   83   84   85   86   ...   138




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin