THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi. Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 5 ta’ Novembru, 2012 fis-6.00 p.m bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.
Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
APPLIKAZZJONI GĦAR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL 36997. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?