ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant bħalissa tinsab fl-Isptar Karen Grech u ilha hemm mit-18 ta’ Settembru, 2012.
Din l-anzjana ġiet approvata għar-Residenza San Vinċenz de Paul u tinsab fil-lista ta’ stennija ta’ din ir-residenza.
KERA TA’ RABA’ 36998. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur: Jista’ l-Ministru jara l-każ tas-sid tar-raba’, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ilu jistenna biex iħallas il-kera xi disa’ snin imma għadhom qatt ma qalulu biex iħallasha?