FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - PRIĠUNIERI F'DIVISION 6 9298. L-ONOR. DAVID AGIUS (f’isem l-Onor. Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ż-żmien massimu, jekk hemm, li skont ir-regolamenti tal-ħabs, priġunier jista' jdum f'Division 6 tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
ONOR. EMANUEL MALLIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-regolamenti tal-ħabs, m’hemmx indikat żmien massimu kemm priġunier jista’ jdum f’Diviżjoni 6.
FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - DIRETTUR 9299. L-ONOR. DAVID AGIUS (f’isem l-Onor. Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min hu d-Direttur (mhux Aġent) tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-jum li fih qed titwieġeb din l-Interpellanza?
ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li hemm Aġent Direttur ovvjament il-pożizzjoni ta’ Direttur għadha vakanti.
MR SPEAKER: L-Onor. David Agius, mistoqsija supplimentari.