CHILDREN’S ALLOWANCE – KAŻ TA’ INDIVIDWU 10766. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jindaga għalfejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, inqata’ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol u tnaqqsitlu ċ-children’s allowance suppost massima li jieħu fuq it-tliet ulied tiegħu?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta persuna tinqata’ mir-reġistrar ma tibqax intitolata għall-Għajnuna Soċjali għall-Qgħad u b’riżultat ta’ hekk, ma jkollhiex dritt għall-ogħla rata tal-allowance għat-tfal.
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu jirreferi l-parti tal-mistoqsija rigward ir-raġuni għalfejn inqata’ mir-reġistrazzjoni għax-xogħol lill-Ministeru kkonċernat.