ONOR. EVARIST BARTOLO: B’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Inkjesta, liema rapport ġie ppubblikat, il-Ministeru ħatar lis-Sur Charles Micallef li għandu esperjenza vasta ta' tmexxija maniġerjali, għal perjodu definit.
SKEJJEL PRIMARJI – RATA NAZZJONALI TAL-ASSENTEIŻMU 10815. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jipprovdi r-rati nazzjonali tal-assenteiżmu mill-iskejjel tal-primarja mill-Year 1 sal-Year 6 jew ekwivalwenti, mis-sena skolastika 2003-2004 sas-sena skolastika 2013-2014, għat-tliet setturi, dak Statali, dak tal-Knisja u dak Indipendenti, f’kull każ għall-bniet u s-subien separatament?