WASTESERV – BEJGĦ TAL-ISKART RDF 10829. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet il-WasteServ minn Marzu 2013 ’l hawn biex jinbiegħ l-iskart RDF iġġenerat? Jista’ jindika d-dati li fihom ħarġu dawn is-sejħiet għall-offerti, jekk fil-fatt ħarġu?
ONOR. LEO BRINCAT:Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, minn Marzu 2013 ’l hawn inħarġu tliet tenders. Id-dati rispettivi kienu fis-26 ta’ Lulju 2013, fit-23 t’Awwissu 2013 u fit-13 ta’ Ġunju 2014.