TA’ QALI – CA SITE 10830. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-CA site li kellha tinfetaħ f’Ta’ Qali f’Diċembru 2013 għadha ma nfetħitx?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien infurmat mill-WasteServ li għalkemm ix-xogħlijiet fuq il-kuntratt prinċipali tas-CA site ġie konkluż, baqgħu jsiru ċertu xogħlijiet ta’ importanza b’żieda ma’ dak meħtieġ, bħal per eżempju stallazzjoni ta’ traffic barriers u sistema ta’ CCTV, twaħħil ta’ madum mal-ħajt fil-binja tal-composter għall-fini ta’ iġene u tisbiħ permezz ta’ siġar u pjanti.