Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati


PJANIJIET GĦAL ZUNTIERI ĠODDA



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə115/212
tarix10.01.2022
ölçüsü0,86 Mb.
#100919
1   ...   111   112   113   114   115   116   117   118   ...   212
PJANIJIET GĦAL ZUNTIERI ĠODDA
10971. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet tat-Tlieta, 30 ta’ Settembru 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-pjan ta’ zuntieri ġodda, il-Gvern hux beħsiebu jinkludi wkoll iz-zuntier tas-Siġġiewi?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-talba qed tiġi kkonsidrata flimkien ma’ talbiet oħra għall-pjanijiet futuri ta’ xogħol tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.

IS-SIĠĠIEWI – PJANTI GĦAZ-ZUNTIER
10972. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Fid-dawl li l-pjanti għaz-zuntier tas-Siġġiewi tlestew mill-Gvern preċendenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li dan ikun mibni mill-ġdid mill-Gvern, hekk kif qed jiġu rranġati numru ta’ zuntieri?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-passat kien sar xi xogħol fuq pjanti u stimi relatati maz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi. Jien infurmat li kien sar dan ix-xogħol preparattiv:





  • fl-2012 saret talba mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi fuq iz-zuntier kollu. Minħabba li l-istima preliminari biex isir il-proġett kollu bil-ġebel tal-qawwi kienet waħda konsiderevoli, kien ġie deċiż li jsiru stimi tat-taraġ ta’ fuq biss, li kien ġie stmat li jiswa madwar €133, 594.

Minn dawn l-pjanijiet jirriżulta li qatt ma mmaterjalizza xejn .




Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   111   112   113   114   115   116   117   118   ...   212




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin