ĦATRIET FUQ BORDIJIET - SPIŻA 10979. L-ONOR. FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' ħatriet fuq bordijiet fis-sena 2012 u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant jiftakar illi kien hemm tibdil fid-dekasteri bejn l-2012 u l-2014 u għalhekk ir-responsabilità għal numru ta’ bordijiet li kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2012 issa taqa’ taħt Ministeri oħrajn diversi.