RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – ĦIDMA MILL-PATRIJIET KAPUĊĊINI 11101. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Wara ħidma pastorali ta’ 120 sena mill-patrijiet Kapuċċini fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li issa ġiet fi tmiemha ftit tax-xhur ilu, jista’ l-Ministru jikkonsidra li xi sala jew grupp ta’ swali tissemma għall-patrijiet Kapuċċini bħala turija ta’ apprezzament għall-ħidma twila li fis-skiet wettqu dawn il-patrijiet?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu se jkunu kkunsidrati.
TRASPORT PUBBLIKU - SERVIZZ DIRETT MIL-LOKALITAJIET LEJN ISTITUZZJONIJIET EDUKATTIVI