NATIONAL RENEWABLE ENERGY ACTION PLAN – SOLAR FARMS 11152. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kif is-sejħa li ħarġet il-MEPA għas-solar farms fuq art privata se tinfluwenza n-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) li Malta għandha mal-Kummissjoni Ewropea?
ONOR. KONRAD MIZZI:Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan se jiġi affettwat għaliex il-pjanijiet ta’ wind farms ta’ Gvern preċedenti kienu mibnija fuq pjan fallut li ma kienx feasible.
Dan il-Gvern kellu jaqleb għas-solar energy u proprju għalhekk qed jikkonsulta mal-istakeholders. Dan il-Gvern qed jilħaq it-targets u l-miri kif ġara din is-sena.